Futbol Sport

Isem Malta fil-Bernabew

Minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, isem Malta lbieraħ ixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha ewlenin li wasslu lil miljuni ta’ telespettaturi l-logħba mis-semi finali bejn Real Madrid u Juventus fis-Santiago Bernabéu Stadium ta’ Madrid.
Dan hekk kif grupp ta’ Maltin mill-Juventus Club Cuore Bianconero tal-Imrieħel qasmu lejn Madrid u segwew din il-partita’ b’mod dirett minn dan l-istadium, u magħhom ħadu wkoll banner bil-kliem ‘Malta Presente’.
F’ħin minnhom il-cameras internazzjonali ffukaw fuq din il-kitba tal-grupp ta’ Maltin. Iktar kmieni, l-istess dehru fuq filmat ta’ grupp ta’ sapporters Taljani waqt li kienu qed jippreparaw għall-partita fi pjazza ewlenija f’Madrid.
Isem malta qalb l-ultras
Biex is-serata tkun kompluta, wara l-logħba u r-rebħa ta’ Juventus, l-istess grupp ta’ Maltin spiċċaw ukoll fuq Canale 5 fejn dehru jiċċelebraw il-passaġġ għall-finali tas-6 ta’ Ġunju bil-flokkijiet taċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tal-kampjonat iddisinjati mill-istess klabb.