Internazzjonali

Jaħarbu waqt it-tluq ta’ ajruplan fi Fiumicino

Il-Pulizija Taljana qed tagħmel tfittxija kbira għal tliet Alġerini li ħarbu minn fuq l-ajruplan li kienu fuqu hekk kif ma tħallewx jinżlu fl-ajruport ta’ Ruma.
It-tlieta kienu fost grupp ta’ Alġerini li ma tħallewx jinżlu fl-ajruport Fiumicino f’Ruma wara li kienu waslu fuq titjira li kienet telqet mill-Alġerija fi triqtha lejn Istanbul. Hekk kif l-ajruplan beda jimmanuvra għat-tluq, dawn fetħu bieb ta’ emerġenza fuq l-ajruplan u qabżu ’l barra hekk kif infetaħ ‘chute’ ta’ emerġenza taħt l-ajruplan.
Il-każ seħħ l-Erbgħa filgħaxija. Mat-tlieta kien hemm 18-il Alġerin ieħor li kienu se jkunu deportati. Il-bdot tal-ajruplan tal-Alitalia fil-pront tefa’ l-magni tal-ajruplan li fuqu kien hemm passiġġieri fuq vjaġġ normali.