L-għaqda ambjentali Nature Trust tappoġġja l-proposta tal-Oppożizzjoni għall-konservazzjoni tal-wirt pubbliku u tesprimi tħassib dwar proġetti kbar proposti bħalissa li jistgħu mhux biss jagħmlu ħsara ambjentali iżda wkoll ekonomika.
Din il-pożizzjoni kienet espressa min-Nature Trust waqt laqgħa li saret mal-Oppożizzjoni fid-Dar Ċentrali tal-PN.
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni tad-Drittijiet taċ-Ċittaidni, Ġustizja u Demokrazija Jason Azzopardi qal li l-abbozz ta’ liġi li ressqet l-Oppożizzjoni, biex il-wirt komuni jkun konservat, sab appoġġ qawwi fl-opinjoni pubblika.
Hu tkellem dwar l-importanza tal-impenn tal-għaqdiet ambjentali biex il-wirt komuni, li jinkludi dak naturali, ambjentali u storiku jkun konservat u preservat għall-generazzjonijiet futuri.
Ic-Chairman ta’ Nature Trust Vince Attard qal li n-Nature Trust tappoġġja l-abbozz tal-Oppożizzjoni u sostna li dan hu abbozz fid-direzzjoni t-tajba għaliex fil-pajjiż qed isir zvilupp li qed iwassal biex il-pajjiż ikun żviluppat iktar milli meħtieġ.
Vince Attard tkellem dwar l-importanza tal-konservazzjoni tal-kosta u qal li n-Nature Trust hi mpenjata li l-pajjiż jiżviluppa l-eko-turiżmu għaliex s’issa l-inizjattivi li bdew ma tawx riżultati pożittivi.
//= $special ?>

