Newsdesk

NEWSDESK: Gvern li se jistupra l-Ambjent?

Iż-Żonqor - wieħed miż-żewġ siti tal-Universita' Amerikana

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar il-qasam ambjentali f’pajjiżna. Il-mistiedna se jkunu Dr. John Paul Cauchi, tabib li speċjalizza fil-qasam ambjentali u residenti f’Wied il-Għajn, Dr Antoine Vella, lettur fl-Università ta’ Malta u Maria Attard, Chairperson tal-Forum Ambjent tal-Partit Nazzjonalista.

Waqt Newsdesk se nitkellmu dwar l-Università Amerikana DePaul, li l-Gvern Laburista qal li ffirma ftehim magħha għax suppost għandha tinvesti f’Malta, fil-verità mhi involuta fl-ebda investiment f’pajjiżna. L-unika ħaġa li se tkun għamlet għal pajjiżna hi li għaddiet il-kurrikulu għall-Università li suppost għandha tibda topera fix-xhur li ġejjin.

Se niddiskutu dan il-proġett li qajjem kontroversja sħiħa. L-Arċisqof kellu kliem iebes għall-proġett tal-“Universita’ Amerikana”, fuq art barra ż-żona tal-iżvilupp, fejn qal li dan ikun “stupru” ambjentali.

F’dawn l-aħħar jiem l-Oppożizzjoni ressqet abbozz ta’ liġi li jissalvagwardja l-wirt komuni ta’ pajjiżna għall-ġenerazzjonijiet ta’ għada. L-iskop ta’ din il-liġi hu li jkun hemm liġi li tirregola l-klassifikazzjoni tal-proprjetà tal-Gvern.

Se niddiskutu l-liġi mressqa mill-Oppożizzjoni li hija liġi li tapplika għall-futur u bl-ebda mod ma taffetwa d-drittijiet tal-privat. L-abbozz għandu tliet għanijiet :

  • Li jkun protett il-wirt naturali għall-ġenerazzjoni tal-lum kif ukoll dawk futuri;
  • Li jkun protett il-wirt kulturali tagħna għall-ġenerazzjoni tal-lum kif ukoll dawk futuri;
  • Li jkun protett il-wirt storiku tagħna għall-ġenerazzjoni tal-lum kif ukoll dawk futuri

 

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.30pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.