Lokali

Fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta spiċċalhom anke’ l-istikk

Persuni li lbieraħ kellhom bżonn jieħdu d-demm fċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta sabu ma’ wiċċhom sitwazzjoni li dawk li tkellmu magħna ddeskrivew bħala ‘farsa’.

Dan hekk kif fiċ-Ċentru tas-Saħħa spiċċa l-istikk, fost l-iktar affarijiet bażiċi u użati b’mod regolari mit-tobba u l-infermiera fil-qasam tal-kura primarja.

Kawża t’hekk matul il-ġurnata ġew innutati numru ta’ pazjenti ħerġin miċ-Ċentru tas-Saħħa jżommu xi biċċa tissue jew b’subgħajhom fuq il-post minn fejn ittiħdilhom id-demm, bl-iskop li jżommu d-demm milli jkompli ħiereġ.