F’ibħra barra Devon inqabad dan il-gringu enormi.
Skont l-awtoritajiet tal-port ta’ Plymouth, il-gringu kien twil 2.1 metru u kien jiżen 59 kilogramma – ftit anqas mir-rekord għar-Renju Unit li hu ta’ 60 kilogramma. Imma minkejja l-kobor tagħha, din il-ħuta nbiegħet għall-prezz ta’ 40 Lira Sterlina biss.
Ta’ min igħid li fir-ritratt, il-ħuta tidher ferm akbar milli fil-fatt kienet minħabba l-anglu li fih ittieħed ir-ritratt.
Din it-tip ta’ ħuta tgħix fil-fond ħafna u m’hix perikoluża.