Kien hemm problemi fl-ivjaġġar bl-ajru fl-ajruport ta’ Fiumicino u Malpensa fl-Italja. Dan wara ħsara fir-radar ta’ Fiumicino u maltemp f’Malpensa. Minħabba f’hekk, xi titjiriet kellhom jinżlu f’ajruporti oħra. Wara ftit ħin, il-ħsara tranġat fl-ajruport ta’ Ruma u bil-mod il-mod, it-titjiriet irritornaw lura għan-nomral għalkemm matul il-ġurnata tal-Ħimgħa kien hemm titjiriet fi Fiumicino li kienu posposti b’aktar minn siegħa.
Fl-ajruport ta’ Malpensa imbagħad kien hemm problemi bit-titjiriet minħabba l-maltempata qalila. Fl-ajruport internazzjonali ta’ Milan, it-titjiriet kienu wieqfa għal 45 minuta minħabba l-maltemp li kien hemm. Maltemp li f’temp ta’ siegħa ħoloq aktar minn 1,900 sajjetta.
Ħsara fir-radar u maltemp jikkawża kaos fl-ivjaġġar bl-ajru fl-Italja
