Il-General Workers Union qed thedded li tkompli l-azzjonijiet industrijali li ħadet fl-aħħar jiem, u mhux teskludi li tordna strajk ieħor jekk ma jintlaħaqx ftehim mal-kumpanija Autobuses de Leon.
Dan fid-dawl ta’ laqgha li għandha ssir bejn il-GWU, il-kumpanija u l-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi llum f’nofsinhar.
Filwaqt li ddikjarat li se tattendi din il-laqgħa, il-GWU wissiet li l-pozizzjoni tagħha se tibqa l-istess u mhux se tirtira mit-tilwima industrijali qabel il-ħaddiema jingħataw il-ħlasijiet kollha dovuti lilhom.
Għaldaqstant, il-GWU appellat lill-Kumpanija Autobuses de Leon “biex tkun preparata li fil-laqgħa ta’ llum jitlaħaq ftehim ċar għaliex jekk le l-kumpanija ikollha tiffaċċja riperkussjonijiet kbar ta’ aktar azzjonijiet industrijali inkluż strajk.”
//= $special ?>