Il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC qed ikun skorrett u qed iqarraq bil-ħaddiema dwar il-ħidma tal-MUBE. Dan qaliti fi stqarrija l-MUBE stess b’reazzjoni għall-kummenti tal-Kap Eżekuttiv tal-HSBC fejn qal li l-unions ideffsu medjatur “kull ħames minuti”. L-MUBE qalet li hi talbet medjazzjoni meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil serju jew m’hemmx possibilita’ ta’ żblokk fin-negozjati.
L-MUBE tgħid ukoll li l-Kap Eżekuttiv qed iwaħħal fil-union fuq il-falliment tal-ftehim kollettiv ta’ Awwissu li għadda meta fir-realta kienet id-deċiżjoni tiegħu li jirtira l-ftehim li dwaru kien intlaħaq qbil. Ironikament, tkompli l-MUBE, dan l-istess pakkett ta’ proposti kien rakkomandat mid-Direttur tal-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali waqt laqgħa ta’ konċiljazzjoni.
L-Istqarrija t-temm li l-problema għandha l-għeruq tagħha f’deċiżjonijiet arbitrarji mill-bank u prattiċi ta’ management li qed joqtlu l-motivazzjoni tal-ħaddiema.
//= $special ?>