Il-Pulizija Irlandiża ħarbtet attentat li kien se jsir il-ġimgħa d-dieħla biex jinqatel il-Prinċep Charles u martu Camilla.
Dan wara li seba’ persuni kienu arrestati fl-Irlanda u b’rabtiet ma gruppi estremisti li kienu kisruha mal-IRA peress li dan tal-aħħar kien iffirma ftehim ta’ paċi. Jidher li l-pjan kien biex Charles u Camilla jinqatlu waqt żjara li se jagħmlu nhar it-Tlieta fl-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ bomba jew bombi li kellhom jitpoġġew tul triq.
Waqt ir-rejds li saru, instabu bombi lesti biex jintużaw u armi f’Dromiskin, qrib il-fruntiera mal-Irlanda ta’ Fuq .
Matul iż-żjara fl-Irlanda, għall-ewwel darba Karlu se jfakkar il-qtil fl-1979 mill-IRA ta’, Lord Mountbatten, f’Sligo – iz-ziju u persuna li l-Prinċep kien jadura.
Hemm diversi eks membri tal-IRA li ma jaċċettawx il-ftehim ta’ paċi li kien sar għall-Irlanda ta’ Fuq fl-1998.
Imxejjen attentat biex jinqatel il-Prinċp Charles
