Jgħid biss dak li ried hu u jinjora l-informazzjoni l-oħra li ntalbet mill-Oppożizzjoni
Il-Ministru Konrad Mizzi ħalla mistoqsija ssir seba’ darbet biex jagħżel li jwieġeb biss parti żgħira mill-informazzjoni li ntalbet mill-Oppożizzjoni dwar il-persuni li appunta fuq il-bażi ta’ position of trust fil-Ministeru tiegħu responsabbli mill-Enerġija u s-Saħħa.
F’kull każ ta’ ħatra, ix-Shadow Minister għas-Saħħa Claudette Buttigieg, talbet lill-Ministru Konrad Mizz jagħti l-isem tal-persuna appuntata; il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; jagħti d-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; jgħid min għażel lill-persuna; jgħid x’inhuma l-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; jgħid x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; jgħid min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; jgħid jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kinitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet; u jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan.
L-unika infrmazzjoni li ta l-Minsitru Konrad Mizzi kienet biss li jsemmi l-karigi li fihom kienu appuntati l-persuni fuq il-bażi ta’ position of trust – 29 persuna.
Dawn huma Assistant Head Nursing Services; CEO; CEO Special Projects; Chief Executive Officer; Chief Executive Officer Procurement & Supplies; Chief Financial & Administration Officer; Chief Operations Officer; Co-Ordinating Officer; Director Client Relations; Director Engineering; Director Human Resources and Administration; Director Nursing and Midwifery Services; Director Resourcing; Executive Human Resources; Financial Controller; Head Administration, Communication and Business Services; Head Nursing and Midwifery; Head Nursing Services; Health Services Co-ordinator; Health Strategy Advisor; Management Co-Ordinator SLH & MDH Ambulance Garages; Manager Health Centre; Medical Director; Messenger/Driver; Migration Co-ordinator; Ministry Programme Co-ordinator; Programme Director Health Reform; Projects Director; u Station Officer.
//= $special ?>