Internazzjonali Kurżitajiet

Jinstab klamar enormi

Fi New Zealand instab klamar ta’ kważi żewġ metri mejjet fuq bajja. Meta wieħed jgħodd anki s-swaba tal-klamar, dan jaqbeż il-ħames metri.
Is-sejba saret f’South Bay f’Kaikoura minn persuna li kienet marret passeġjata fuq il-bajja.
Il-klamar issa ttieħed lejn il-Kaikoura Marine Centre and Aquarium għal studju.
Filwaqt li hu magħruf li madwar New Zealand igħixu klamari ferm akbar, dawn rarment intlemħu ħajjin.