Ġellieda tal-ISIS fl-Iraq huma rapportati li jinsabu qrib li jieħdu l-kontroll tal-belt strateġika ta’ Ramadi. Dan wara li lbieraħ irnexxielom jieħdu l-kontroll tal-kumpless ewlieni tal-Gvern fil-belt u issa kienu taw bidu għal offensiva kontra l-bażi militari tal-belt.
Il-militar Iraqi ilu xhur impenjat fi ġlied qalil kontra l-ISIS biex jieħu lura l-art li jikkontrolla.
Sadattant fis-Sirja, ġellieda tal-ISIS jinsabu biss żewġ kilometri bogħod minn Palmyra, fejn hemm fdalijiet meqjusa ta’ wirt dinji min-Nazzjonijiet Uniti. Issa uffiċjali Sirjani qed jappella għal għajnuna internazzjonali biex Palmyra ma taqax f’idejn l-ISIS partikolarment minħabba biża li l-fdalijiet li hemm jinqerdu bħal ma għamlu l-ISIS f’diversi siti storiċi fl-Iraq.
L-ISIS f’Ramadi
