NET TV, in-Nazzjon u l-mument huma finalisti f’5 awards fil-Malta Journalism Awards 2015. Din hi l-25 edizzjoni ta’ dawn l-awards. Fost il-finalisti f’isem media.link, hemm:
– Net News Newsroom fil-ġurnaliżmu film,
– Joe Mikallef fil-ġurnaliżmu stampat,
– Joe Mikallef fil-ġurnaliżmu mxandar fuq it-TV,
– Josef Galea fil-ġurnaliżmu fotografiku,
– Christian Micallef fil- ġurnaliżmu Sportiv.
Dawn il-premijiet, organizzati mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM), se jsiru fl-10 ta’ Lulju. Fil-perjodu sa dakinhar, il-ġurija, li l-ismijiet tagħhom se jitħabbru fis-serata finali, se tkun qed tħejji rapport dettaljat dwar is-sottomissjonijiet finalisti.
//= $special ?>