Ritratt li rċivejna mingħand passiġġier tal-karozzi tal-linja juri kif xufiera tal-linja qed iwaħħlu stickers bin-numru ’46’ fuq in-nota li tinsab fuq quddiem ta’ kull vettura fejn wieħed isib immarkat l-ammont ta’ passiġġieri permessi bilwieqfa fil-vetturi.
Jirriżulta li din is-sitwazzjoni qed tiġri fuq il-vetturi Mercedes Citarro, l-aħħar karozzi tal-linja li waslu Malta bħala parti mill-flotta tal-kumpanija Spanjola Autobuses Urbanos de León S.A. magħżula mill-Gvern.
Dan għaliex il-kapaċita’ ta’ nies bilwieqfa fuq dawn il-vetturi hi biss ta’ 28 persuna.
Minbarra li kapaċita’ iktar milli permessa tikkawża ħsara lill-vetturi stess, din is-sitwazzjoni qed twassal ukoll għal periklu għall-passiġġieri.
//= $special ?>