Internazzjonali

Sparatura fatali f’Napli

Tal-anqas erba’ persuni nqatlu u ħamsa oħra ndarbu fiz-zona ta’ Secondigliano f’Napoli. Dan wara li raġel, identifikat bħala Giulio Murolo, li jaħdem bħala infermier fl-Isptar ‘Cardarelli’.
Jidher li Murolo, ta’ 48 sena, l-ewwel fetaħ in-nar ġewwa appartament fit-triq imbagħad beda jispara bl-adoċċ fit-triq.
Jidher li kollox beda minħabba ġlieda fil-familja. Hu wara ċeda ruħu f’idejn il-Pulizija.