Kultura Lokali Mużika

Amber tlesti it-tieni prova tagħha bil-kanzunetta Warrior

Ir-rappreżentanta ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest li l-ġimgħa d-dieħla ser isir fil-kapitali tal-Awstrija Vjenna, Amber, illum kellha t-tieni prova tagħha bil-kanzunetta Warrior.

Fil-provi tal-llum il-kanzunetta tkantat tliet darbiet wara xulxin bil-ġurnalisti preżenti kollha jaqblu li l-kantanta Maltija bdiet titjib ma’ kull darba li tkanta l-kanzunetta tagħha.

Aktar tard wara l-provi Amber u d-delegazzjoni Maltija ndirizaw konferenza stampa li għaliha kienu preżenti ġurnalisti minn madwar l-Ewropa, miġbura fi Vjenna għas-sittin edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Edizzjoni speċjali tant li din is-sena qegħda tieħu sehem ukoll l-Awstralja.