Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li trid tkun tassew ma tistħix biex toħrog stqarrija tgħid li l-proposti tal-Kap tal-Oppożizzjoni mhumiex studjati, meta hija d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jibni f’żona li hija verġni li ttieħdet bla studji u konsultazzjoni.
L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista kompliet tgħid li Muscat għandu fuq il-mejda numru ta’ alternattivi imma qed jagħżel li jwebbes rasu. Il-Partit Nazzjonalista staqsa għaliex qed iħalli lill-kuntratturi tal-Ġordan jiddeċiedu huma għalih?.
Il-Prim Ministru rnexxielu jgħaqqad lil kulħadd kontrieħ; Muscat jinsab iżolat ttemm tgħid l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>