Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IL-ĠURNALI LLUM IS-SIBT 16 TA’ MEJJU 2015

IN-NAZZJON illum tkompli tiżvela aktar xogħlijiet fil-privat f’Għawdex minn ħaddiema tal-gvern. Titkellem dwar xogħlijiet fuq faċċata ta’ propjeta’ privata fir-Rabat. In-Nazzjon titkellem ukoll dwar d-dikjarazzjoni ċara tad-deputat Laburista Marlene Farrugia li ser tivvota kontra r-riżoluzzjoni fil-parlament b’rabta mal-proġett f’Żonqor Point.

L-ORIZZONT minn naħa tagħha titkellem dwar studju li sar dwar it-turiżmu mill-ekonomista Gordon Cordina. Tgħid ukoll li l-General Workers Union għamlet rebħa għal ħaddiema tat-trasport pubbliku.

THE TIMES OF MALTA u THE MALTA INDEPENDENT fil-faċċata t-tnejn jgħatu prominenza kbira lil dak li qalu l-ġenituri ta’ Justin Piette, ż-żgħażugħ Olandiż ta’ 22 sena li nstab mejjet il-ġimgħa li għaddiet fil-bajja ta’ San Ġorġ. Il-ġenituri tal-Olandiż qegħdin jinsistu li binhom kien il-vittma ta’ serqa u ngħata d-droga sabiex jiġi misruq.