Ambjent Knisja Lokali

Il-Kunsill Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi juri appoġġ lejn il-Ġiżwiti

Fi stqarrija l-Kunsill Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi (Malta) (KSMR), illi jirrappreżenta id-29 Ordni Reliġjuż f’Malta u Għawdex saħaq li jappoġġja bis-sħiħ lill-Ġizwiti Maltin fl-appell tagħhom kontra l-proposta illi tinbena ‘shooting range’ biswit id-Dar tal-Irtiri Mount St Joseph, l-ewwel u qabel kollox għax jemmen li din hija kawża ġusta.

Il-fatt li d-Dar tal-Irtiri Mt St Joseph ilha mibnija dawn is-snin kollha u tat servizz lil tant persuni li jmorru f’dan il-post sabiex jgħaddu żmien fil-kwiet ta’ talb u dixxerniment, għandha tibqa’ żżomm l-identita’ tagħha bħala dar tal-Irtiri.

L-istqarrija tkompli tgħid li fuq kollox din id-dar hija dar ta’ preżenza għall-Aħwa Ġiżwiti Maltin li nbniet b’tant sagrifiċċji mhux biss tagħhom imma wkoll ta’ tant persuni oħra li għenu b’modi differenti sabiex Malta jkollha djar bħal dawn li huma ftit ħafna, minkejja l-bżonn tagħhom dejjem qiegħed aktar jinħass.

Din l-istqarrija inħarrġet bl-appoġġ sħiħ tal-membri kollha tagħha jiġifieri id-De La Salle Brothers; Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl; il-Patrijiet Franġiskani Minuri; il-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini; il-Patrijiet Franġiskani Konventwali;  il-Patrijiet Karmelitan; il-Patrijiet Karmelitani Skalzi; il-Patrijiet Dumnikani; il-Patrijiet Agostinjani; is-Sależjani; il-Ġiżwiti; is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija; is-Soriijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesu’ ; Ulied il-Qalb ta’ Gesu;  is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu’ ; is-Sorijiet Ulied Marija Għajnuna tal-Insara (Għawdex); is-Sorijiet Ulied Marija Għajnuna tal-Insara (Malta); is-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija; is-Sorijiet Missjunarji ta’ Ġesu’ Nazzarenu; is-Sorijiet Karmelitani Missjunarji ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’ ; is-Sorijiet Dumnikani; is-Sorijiet Agostinjani;  Little Sisters of the Poor ; is-Sorijiet tal-Bon Pastur ; Sisters of the Sacred Heart ; is-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparazzjoni; is-Sorijiet tal-Karita’ ; is-Sorijiet tad-Dorotej ; is-Sorijiet Ulied Marija Għajnuna tal-Insara.