Il-Ministru taż-Żejt u l-Gass tal-gvern Libjan ibbażat fi Tripli Mashala Agoub Said isostni li fil-Libja hemm mijiet ta’ eluf ta’ immigranti regolari li qed jidħlu minn diversi pajjiżi bħas-Sudan u l-Etjopja u li lesti jaħarbu lejn l-Ewropa.
F’konferenza tal-aħbarijiet fl-Ambaxxata tal-gvern Libjan ta’ Tripli f’Ħal Balzan, il-Ministru Libjan Said qal li fil-Libja hemm 20 ċentru fejn jinżammu l-immigranti, li tlieta minnhom għandhom l-għajnuna tal-UE. F’dawn iċ-ċentri kemm bejn 400 u 700 persuna l-wieħed.
Filwaqt li rrikonoxxa l-problema tal-ISIS fil-Libja, il-Ministru Libjan sostna li dawn qed jabbużaw mill-immigranti rregolari fil-Libja billi jħallsuhom u jordnawlhom biex jiġġieldu magħhom.
Il-Ministru taż-żejt tal-Gvern Libjan ta’ Tripli qal li l-ġlied intern fil-Libja hu kaġun ta’ pajjiżi barranin li qed jindaħlu fil-kwistjoni interna Libjana. Hu attakka lill-Ġeneral tal-gvern Libjan ta’ Tobruk il-Ġeneral Haftar u qal li minkejja li għandu familjarita miegħu jikkundnana bil-qawwi l-attakki li qed jagħmel.
Il-ministru Libjan qal li kemm ilu li bdiet il-gwerra interna, l-pajjiż naqqas il-produzzjoni taż-żejt u d-dħul tal-pajjiż minn din ir-riżorsa. Mashala Agoub Said sostna li l-pajjizi Ewropej u l-Libja jinsabu fl-istess dgħajsa fil-kuntest tal-immgiranti rregolari. Hu qal li l-Libja għandha pjan għal kontra l-immigranti rregoalri u tistenna li l-UE tgħinha.
Problema ewlenija li għandha l-Libja skont il-Ministru taż-Żejt Said hi l-kosta ta’ 2000 kilometru u n-nuqqas ta’ stabbilta politika. Il-Ministru Libjan esprima qbil li l-immgiranti rregolari li qed jidħlu fil-Libja jintbgħatu lura pajjiżhom iżda ħafna minnhom ma jkollhomx il-passsaporti meħtieġa.
Il-Ministru Libjan sostna li Malta jista jkollha rwol fid-djalogu li jista jsiru bejn il-gvern Libjan ta’ Tripli u dak ta’ Tobruk biex tinstab solujzzoni għall-instabbilta politika tal-Libja.
//= $special ?>