Il-Ġimgħa filgħaxija kien inawgurat ix-xogħol ta’ mmodernizzar li sar fil-lukanda Seashells Resort tas-Suncrest.
Proġett estensiv li sar b’investiment ta’ €7 miljun.
Waqt l-inawgurazzjoni Anġlu Xuereb qal li x-xogħlijiet saru f’ħames xhur minn aktar minn 350 ħaddiem u nkludew mmodernizzar tal-452 kamra fil-lukanda, kif ukoll sistemi ġodda tal-elettriku u anke madum ġdid.
Ir-Resort issa għandu wkoll tmien lifts veloċi ġodda, sistemi favur l-ambjent, sistemi ġodda tal-immaniġġjar tal-kmamar, plant room ġdida u anke sistema ġdida tal-arja kundizzjonata.
“Dan kollu jikkumplimenta l-investiment ta’ €550,000 li sar is-sena li għaddiet biex issa Seashells Resort għandu l-kċina ewlenija kompletament ġdida, b’tagħmir state of the art.
Il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li dan l-investiment juri l-impenn ċar ta’ AX Holdings f’dan is-settur importanti għall-ekonomija Maltija.
Anglu Xuereb ħabbar ukoll li minn issa din il-lukanda se tibqa’ miftuħa s-sena kollha
//= $special ?>