Ix-xogħol tas-sorijiet Franġiskani fl-edukazzjoni hu wieħed imprezzabbli. Tul is-snin, eluf ta’ tfal irċevew l-edukazzjoni, il-valuri u l-formazzjoni tagħhom fl-iskejjel ta’ San Franġisk mifruxa madwar Malta u Għawdex.
Sostniet dan il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, meta inawgurat librerija ġdida tal-iskola sekondarja Saint Francis tal-bniet f’Tas-Sliema. Hi ħeġġet lit-tfal biex jgħożżu t-tagħlim u l-formazzjoni li qed jingħataw, kif ukoll li jgħinu lil sħabhom li jistgħu ikunu f’diffikultajiet differenti.
Ix-xogħol fuq il-librerija ilu għaddej għal dawn l-aħħar sentejn grazzi għal donazzjonijiet mill-ġenituri u sponsors, speċjalment il-PTA tal-iskola li jiffinanzja l-liċenzji tas-software.
Il-President ta’ Malta, temmet iż-żjara billi ffirmat il-ktieb tal-viżitaturi.
//= $special ?>