Matul dawn il-jiem f’Malta u Għawdex qed iseħħ avveniment importanti għall-knisja Kattolika f’pajjiżna hekk kif fl-aħħar jiem waslet fostna r-relikwa ta’ San Ġwann Bosco.
Malta hi tappa minn fost numru ta’ pajjiżi li fiha qed titwassal din ir-relikwa fi vjaġġ kontinwu ta’ sentejn, li b’mod speċjali qed tattira eluf ta’ żagħżagħ f’devozzjoni lejn dan il-qaddis.
Interessanti li l-urna fiha wkoll wiċċ Don Bosco bl-espressjoni trankwilla u oriġinali tiegħu. Dan għaliex fil-passat il-qassisin tal-komunita’ Sależjana kienu ħadu d-deċiżjoni li ssir maskla tax-xemgħa biex tkun preservata l-espressjoni ta’ wiċċ Don Bosco fil-mument li ħalla din id-dinja.
Għal matul il-jiem li l-urna se tkun f’pajjiżna tħejja programm ta’ attivitajiet mis-Sależjani f’Malta fejn se tkun iċċelebrata wkoll l-okkażjoni tal-200 sena mit-twelid ta’ Don Bosco, nhar is-16 ta’ Mejju.
//= $special ?>