Qorti fl-Eġittu kkundannat lill-eks-President Eġizzjan, Mohammed Morsi, għall-mewt b’konnessjoni ma’ ħarba ta’ numru kbir ta’ priġunieri mill-ħabs li kienet seħħet fl-2011.
Qabel is-sentenza Morsi kien diġa kkundannat għal 20 sena ħabs talli kien ordna l-arrest u t-tortura ta’ priġunieri fi żmienu bħala l-Mexxej tal-Eġittu. Intant, l-awtoritajiet reliġjużi fl-Eġittu, issa, jridu jagħtu l-opinjoni tagħhom qabel tista’ tkun esegwita l-piena massima ta’ Morsi.
Mohammed Morsi kien tkeċċa mill-militar f’Lulju tal-2013 wara d-dimostrazzjonijiet tal-Eġizzjani fit-toroq kontra t-tmexxija tiegħu. Minn dak iż-żmien, l-awtoritajiet Eġizzjani ddikjaraw il-Fratellanza Musulmana ta’ Morsi bħala entita illegali, b’eluf tas-sostenituri ta’ din il-Fratellanza jispiċċaw arrestati.
Minbarra Morsi, aktar minn 100 imputati oħra wkoll spiċċaw ikkundannati għall-mewt b’konnessjoni ma’ sehemhom fil-ħarba massiċċa tal-priġunieri tal-2011 li karatterizzat ir-rewwixta storika kontra l-eks-President tal-Eġittu, Hosni Mubarak.
//= $special ?>