Fi stqarrija l-FKNK appellat lill-Gvern kif ukoll lill-MEPA biex isiru l-eżerċizzji kollha ta’ mpatt ambjentali meħtieġa, b’hekk illi xorta waħda jista’ jintlaħaq l-għan ta’ titjib ta’ opportunitajiet għall-iżvilupp edukattiv imma mingħajr ma ssir xi ħsara rreversibbli lill-ambjent naturali tagħna.
L-FKNK stqarret ukoll li qed tistenna laqgħa mal-awtoritajiet kompetenti biex ikollha aktar dettalji rigward l-iżvilupp ta’ Park Naturali, parti mill-istess proġett.