“L-Oppożizzjoni Nazzjonalista lesta tingħaqad ma’ l-għaqdiet tas-soċjeta ċivili u l-media indipendent f’ħidma u impenn sabiex ma’ jsirx sfreġju ambjentali fiż-żona proposta għal dik li qegħda tisejjaħ l-Universita’ Amerikana ta’ Malta”.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan f’laqgħa li saret fil-bini tal-Parlament ma’ l-istakeholders fil-qasam ambjentali. Preżenti għal din il-laqgħa fost oħrajn kien hemm sebgħa għaqdiet ambjentali fosthom il-Friends of the Earth, l-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar, BirdLife Malta, l-FKNK u n-Noise Abatement Society.
Waqt il-laqgħa ta’ konsultazzjoni bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-għaqdiet, Simon Busuttil qal li hemm numru ta’ raġunijiet għalfejn l-oppożizzjoni qegħda topponi li jsir dan il-proġett bir-raġuni ewlenija tkun dik ambjentali peress li dan il-proġett qiegħed isir f’żona l-barra mill-iżvilupp, ODZ.
Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni ma’ l-għaqdiet ambjentali tispikka fid-differenza ma’ kif qiegħed jimxi l-gvern fejn s’issa l-gvern ta’ Joseph Muscat għażel li jibqa’ għaddej bil-pjanijiet tiegħu bhal li kieku xejn m’hu xejn.
//= $special ?>