Internazzjonali

Rokit tar-Russja jinħaraq fuq is-Siberja

Rokit tat-tip Proton-M tar-Russja ġarrab il-problemi fis-sistema tiegħu u nħaraq fuq ir-reġjun tas-Siberja, ftit wara li kien tela’ minn bażi fil-Kazakhstan. Mifhum li r-rokit kien qed iġorr satellita tal-Messiku (MexSat-1) li baqgħet ma nstabitx.

L-inċident seħħ meta r-rokit kien ilu fl-ajru biss għal ftit minuti, bil-kaġun qed ikun investigat. Dan wara li r-rapporti inizjali (infondati) qalu li r-rokit kien iġġarraf fl-artijiet tas-Siberja.

Il-programm tal-ispazju tar-Russja għadda minn sensiela ta’ disfatti embarazzanti fix-xhur riċenti u issa ġie deċiż li ma jittellgħux aktar rokits tat-tip ‘Proton’ sakemm l-awtoritajiet Russi jidentifikaw ir-raġuni speċifika għall-problemi li waslu għall-qerda tar-rokit partikolari.