Internazzjonali

Tsarnaev jingħata s-sentenza tal-piena kapitali għal bomba fil-Maratona ta’ Boston

Dzhokhar Tsarnaev il-bieraħ instab ħati li fl-2013 kien poġġa bomba fis-sit fejn kellha tintemm il-Maratona ta’ Boston. Bomba li ħalliet tlieta minn nies mejta u madwar 260 midruba.

Fis-sentenza mgħotija il-bieraħ fil-ġuri ta’ Tsarnaev huwa ingħata l-piena kapitali fejn issa huwa mistenni li wara numru ta’ snin fejn Tsarnaev għandu d-dritt ta’ bosta appelli huwa jingħata injezzjoni letali. Tsarnaev ser ikun qiegħed jinżamm fil-ħabs ta’ Terre Haute f’Indiana.

L-istat ta’ Massachusetts, fejn sar il-ġuri, temm l-użu tal-piena kapitali fl-1984 iżda Tsarnaev kien akkużat taħt akkużi federali u b’hekk kien eliġibli għal piena kapitali fuq livell federali.

L-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti Loretta Lynch f’reazzjoni qalet li l-kastig huwa wieħed xieraq għal dan l-att barbaru filwaqt li qalet li tispera li s-sentenza ġġib xi ftit sens ta’ għeluq tal-ferita lil vittmi u l-familja tagħhom.

Waqt il-qari tas-sentenza Tsarnaev ma’ wera ebda emozzjoni.