Ambjent Lokali

Xogħol fuq xi bajjiet

Fi stqarrija l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu, l-MTA, ħabbret li fil-jiem li ġejjin ser ikun qiegħed isir xi xogħol fuq ir-ramel f’xi bajjiet f’Malta.

L-MTA ħabbret li bejn l-Erbgħa 20 ta’ Mejju u s-Sibt 23 ta’ Mejju ser ikun qiegħed isir xi xogħol fuq il-bajja f’Buġibba filwaqt li bejn it-Tnejn 25 ta’ Mejju u l-Ġimgħa 29 ta’ Mejju ser ikun qiegħed isir xi xogħol fuq il-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan. Matul il-jiem li fih ser ikun qiegħed isir ix-xogħol il-bajjiet ser ikunu mgħaluqa għal pubbliku.

L-MTA qalet li matul ix-xogħol it-toroq biswit il-bajjiet ser ikunu mgħaluqa għal raġunijiet ta’ sigurta. L-MTA spjegat ukoll li x-xogħol ser ikompli matul il-lejl sabiex jiġi assigurat li jitlesta’ malajr u bl-inqas inkonvenjent possibli għan-nies.