Lokali

22% ibatu minn pressjoni għolja

Illum, 17 ta’ Mejju, l-jum internazzjonali favur il-ġlieda kontra l-pressjoni għolja. Ġurnata li permess tagħha jiżdied l-għarfien inġenerali dwar il-ħtieġa li individwu jżomm kont tal-pressjoni tad-demm tiegħu.

Statistika globali turi li huma biss 50% ta’ dawk li jbatu minn din il-kundizzjoni li effettivament jafu li għandhom pressjoni aktar għolja mil-livelli ideali.

Filwaqt li nadwar 22% tal-popolazzjoni Maltija, tbati minn pressjoni għolja.

Sensiela ta’ inizjattivi proattivi qed jittieħdu bl-għan li titrawwem kultura aktar sana speċjalment fejn jidħlu l-ikel li wieħed jikkonsma, l-ħtieġa ta’ attività fiżika regolari u l-istil ta’ ħajja li wieħed jadotta.