Lokali

3 persuni l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

3 persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Ħal-Tarxien. L-inċident seħħ għal-ħabta tas-7.30 p.m. fi Triq tal-Barrani fin-naħa ta’ Ħal-Tarxien.

L-impatt seħħ bejn karozza tat-tip Fiat Punto misjuqa minn anzjan ta’ 71 sena residenti Birżebbuġa, u karozza tat-tip BMW misjuqa minn ġuvni ta’ 30 sena residenti ż-Żejtun. Fil-karozza flimkien mal-anzjan kien hemm ukoll passiġġiera.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-protezzjoni civili kif ukoll 3 ambulanzi li ħadu lit-tliet persuni l-isptar Mater Dei.

Bħalissa t-triq tinsab magħluqa.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.