Il-futur tal-linja tal-ajru nazzjonali l-Air Malta hu wieħed incert għall-aħħar hekk kif kollox jindika li għaddejin taħdidiet ma’ Turkish Airlines biex isir ftehim strateġiku ma din il-kumpanija li jista’ jfisser privatizazzjoni kompleta.
Fil-faċċata tal-gazzetta Times of Malta kien rappurtat li d-diskussjonijiet bejn il-Gvern u t-Turkish Airlines għadhom għaddejin u mhux ċar x’tip ta’ ftehim qed jiġi nnegozjat.
Times of Malta kwotat is-sorsi tagħha jgħidu li l-gvern qed iħalli l-possibiltajiet kollha fuq il-mejda tad-diskussjoni fejn saħansitra din il-kumpanija nazzjonali Maltija tista tiġi pprivatizzata jiġifieri Turkish Airlines tieħu f’idejha l-kumpanija Maltija.
Dan fl-istess ħin qed isir hekk kif il-bord ta’ diretturi tal-Air Malta mistenni li jieħu d-deċiżjoni biex inaqqas il-flotta tal-ajruplani.
Skont il-pariri li ngħataw lill-kumpanija, huma mistennija li jitnaqqsu żewg ajruplani oħra. Fil-fatt id-dipartiment tal-inġinerija diġa ingħata struzzjonijiet biex il-ħaddiema jħejju ajruplani għall-possibilta’ li dawn jitneħħew minn mal-kumpanija.
Is-sorsi li tkellmu mal-gazzetta qalu wkoll li f’każ li dan iseħħ hemm possibiltà kbira li jkomplu jitnaqqsu aktar ħaddiema mill-kumpanija nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta.
//= $special ?>