Missier ta’ 25 sena f’Ateni qed jiġi akkużat li qatel lil bintu, qatta’ ġisimha biċċiet, sajru u ramih f’kontenituri differenti madwar il-belt biex il-katavru ta’ bintu ma jinstabx.
It-tifla, Anny ta’ 4 snin, kienet ġiet irrappurtata nieqsa fil-21 t’April imma l-Pulizija Griega jaħsbu li l-każ seħħ bejn it-8 u d-9 tax-xahar. It-tifla kienet ġiet irrapurtata nieqsa fil-Bulgarija fejn kienet imfittxija madwar il-pajjiż kollu.
Il-missier ġie arrestat ilbieraħ wara li ammetta li ħeles mill-katavru ta’ bintu billi rema’ l-fdalijiet b’tali mod li kien jidher qisu ikel żejjed, imma baqa’ jsostni li ma qatilhiex hu imma li kien sab lil bintu mejta fis-sodda. Qal li ma riedx jiffaċċja l-akkużi minn omm it-tifla u għalhekk ħeles mill-katavru. Il-Pulizija qalet li l-missier ammetta li kien jgħir għall-attenzjoni li l-omm kienet tagħti lil binthom.
Il-Pulizija Griega sabet traċċi tad-demm tat-tifla fuq skieken fl-appartament tal-koppja u anke fil-pajpijiet tad-drenaġġ. Skopriet li r-raġel kien qed jipprova jirranġa biex ħaddiema jibdlulu l-pajpijiet tal-ilma tad-dar.
Omm it-tifla, li għandha 25 sena, ukoll se titressaq il-Qorti u għandha sa għada biex tipprepara x-xhieda tagħha minħabba li s’issa tat wisq verżjonijiet inkonsistenti. Ġie rrappurtat li l-avukat tal-familja abbanduna l-każ minħabba l-wisq inkonsistenzi.
//= $special ?>