Il-PBS sar arma ta’ propaganda f’idejn il-Partit Laburista b’aġenda msejsa fuq interessi tal-Partit Laburista.
Qal dan id-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli meta kien qed jindirizza l-attivitá politika f’Ħal Balzan.
Clyde Puli fakkar li l-PBS għażel li jgħid li fil-qasam tal-enerġija kollox kien miexi skont il-pjan meta kien diġà ħareġ ċar li l-powerstation mhux se titlesta fil-ħin. Clyde Puli fakkar ukoll li l-PBS ma ħariġx lanqas l-aħbar tal-konferenza tal-aħbarijiet li matulha l-Oppożizzjoni talbet lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga lil Anton Refalo.
“Fl-interess ta’ min qed tinħeba l-verità?” staqsa d-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli.
Quddiem Gvern Laburista li qed juri li għadu ma remiex it-tattiċi anti-demokratiċi tiegħu, il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun it-tarka tal-verità, temm jgħid id-Deputat Clyde Puli.