Lokali

Il-Proġetti tal-Universita u l-Park Naturali

Rigward il-proġett tal-Gvern biex tinbena Universita fin-nofs in-nhar ta’ Malta, fl-inħawi ta’ Zonqor, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tapella lill-Gvern sabiex jeżamina l-possibbiltajiet kollha biex il-binja jssir f’lokazzjoni oħra fejn possibilment ma tintmiss aktar art naturali w argrikola mill-ftit li baqa fil-gżejjer Maltin.

Fi stqarrija l-FKNK appellat lill-Gvern kif ukoll lill-MEPA sabiex isiru l-eżerċizzji kollha ta’ mpatt ambjentali meħtieġa, b’hekk illi xorta waħda jista’ jintlaħaq l-għan ta’ titjib ta’ opportunitajiet għall-iżvilupp edukattiv imma mingħajr ma ssir xi ħsara rreversibbli lill-ambjent naturali tagħna.

L-FKNK ikkonkludiet li qeda tistenna laqgħa mall-awtorita’ kompetenti biex ikolla aktar dettalji rigward dan l-iżvilupp rigward il-Park Naturali.