Il-Partit Nazzjonalista għandu jkompli jiġġedded u jinfetaħ għal ideat u nies ġodda.
Saħaq dan id-Deputat Nazzjonalista David Agius meta kien qed jindirizza l-attività politika f’Ħal Balzan.
David Agius irrefera għall-elezzjoni tar-rappreżentati fil-Kunsill Ġenerali li mistennija ssir matul din il-ġimgħa u qal li l-kandidati huma għaġna ta’ nies b’taħtlita ta’ esperjenza u demm ġdid li jridu jibqgħu jaħdmu fi ħdan il-PN. Huwa qal li hu se jkompli jaħdem fir-rwol tiegħu bħala Whip tal-Oppożizzjoni biex fil-Parlament l-Oppożizzjoni tibqa’ tagħmel il-mistoqsijiet li jikxfu l-ingann tal-Gvern Laburista.
Dwar l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, David Agius qal li, bħala Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali, hu ħadem mill-qrib mal-kandidati u l-kumitati biex il-PN kiseb riżultat sodisfaċenti li naqqas id-distakk bejn il-partit bin-nofs. Huwa appella biex it-tim jibqa’ wieħed magħqud biex ikompli jwettaq il-viżjoni tal-Kap tal-PN – dik li l-PN isir il-Partit tan-Nies.
//= $special ?>