Internazzjonali

L-ISIS qed iddaħħal il-ġellieda fl-Ewropa bil-baħar – il-BBC

Skont investigazzjoni tal-BBC, l-ISIS qed idaħħal il-ġellieda tagħha fl-Ewropa permezz tal-vjaġġi bil-laneċ tal-immigranti li qed isiru fil-Mediterran.

Dan sostniħ Abdul Basit Haroun konsulent tal-Gvern Libjan, f’kummenti li ta lill-BBC bħala parti minn investigazzjonital-programm BBC Radio 5 live Investigates.Saret ukoll twissija simili mill-Ambaxxatur Egizzjan fir-Renju unit. Ftit ta’ ġranet ilu, Ministru Libjan kien għamel kummenti simili lill-media Taljana.
Kien svelat ukoll li l-ISIS issa qed tikkontrolla l-iżbarki tal-immigranti mil-Libja u dawn meta jkollhom bzonn juzaw dawn il-vjaggi biex idahhlu lil nies hom fl-Ewropa biex jidhlu fl-azzjoni meta jkun hemm bzonn.
Iżda fl-istess ħin esperti wissew kawtela dwar stqarrijiet simili. Alison Pargeter, esperti dwar il-Libja mir-Royal United Services Institute, wissiet li l-Eġittu kellu l-interess li jkabbar din it-theddida peress li jrid intervent fil-Libja. Christian Kaunert, espert dwar it-terroriżmu minn Dundee University,qal li diffiċli jgħid x’qed jiġri u wieħed ma setgħax jeskludi din il-possibbilta.