Lokali

Lorenzo jegħleb lil Rossi f’Le Mans

Jorge Lorenzo irreżista għall-isfida tal-kollega tiegħu ma’ Movistar Yamaha Valentino Rossi biex rebaħ il-MotoGP ta’ Franza.

L-Ispanjol ta’ 28 sena kellu tiġrija kważi perfetta biex aċċerta mit-tieni rebħa konsekuttiva b’Rossi jtemm it-tieni u t-Taljani l-ieħor tad-Ducati Andrea Dovizioso t-tielet.

Il-Britanniku Cal Crutchlow waqa’ wara tmien dawriet meta tilef il-kontroll tal-Honda fis-sitt kantuniera.

Brittanniku ieħor, Scott Reading li rebaħ il-Moto2 fiċ-ċirkwit ta’ Franza fl-2013, irtira wara tliet dawriet aktar qabel wara li wkoll waqa’.

Is-sewwieq Spanjol ta’ Repsol Honda Dani Pedrosa tilef il-kontroll fit-tieni dawra fir-ritorn tiegħu fl-azżjoni wara operazzjoni f’idu.

Lorenzo kiseb il-35 rebħa fil-karriera fl-ogħla kategorija wara li temm it-28 dawra fi 43 minuta 44.143 sek u issa tela’ fit-tieni post fil-klassifika ġenerali bi 15-il punt wara l-lider Rossi li ħa 102 punti minn ħames tiġrijiet s’issa dan l-istaġun.

Id-darbtejn Champion renjanti Marc Marquez kompla jinqata’ lura wara Rossi fil-ġlieda għat-titlu meta temm ir-raba’.