Mill-Università taż-Żonqor ħierġa l-istess riħa tinten li ħarġet mill-Cafe Premier.
Qal dan id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea meta nahr il-Ħadd filgħodu kien qed jindirizza l-attività politika tal-Partit Nazzjonalista f’Ħal Balzan.
Mario Galea qal li dan il-proġett għandu xamma ta’ qerq u staqsa għalfejn il-gvern irid li juża l-art fiż-Żonqor akkost ta’ kollox. Id-Deputat Nazzjonalista fakkar li din l-art hija ta’ nies viċin il-klikka ta’ Lorry Sant u, bid-deċiżjoni tiegħu, Joseph Muscat irid jerġa’ jagħti l-ħajja lil din il-klikka.
“Veru li kien hemm xi ħadd viċin Lorry Sant li beda jiftaħar li se jkun hemm proġett kbir li permezz tiegħu se jsir sinjur? Veru li din il-persuna ħallset is-sistema tal-IT li juża l-Partit Laburista? Veru li Jospeh Muscat iltaqa’ ma’ dawn in-nies?” staqsa Mario Galea.
Filwaqt li l-Gvern irid li tinqered waħda mill-aqwa artijiet f’Wied il-Għajn, l-Oppozżizzjoni se tagħmel minn kollox biex iż-Żonqor ma jinqeridx, temm jgħid Mario Galea.
//= $special ?>