Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta fir-Rabat

Raġel ta 52 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involtu f’inċident tat-traffiku fir-Rabat fi Triq Buqana . L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:00.

Mill-ewwel informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li s-sewwieq tal-vann kien se jikser biex jidħol f’għalqa meta għal xi raġuni seħħ l-impatt ma’ mutur. Il-vann tat-tip Mazda kien misjuq minn raġel ta’ 69 residenti l-Mosta, filwaqt li l-mutur tat-tip Yamaha kien misjuq minn raġel ta’ 52 residenti l-Imtarfa.

Fuq il-post isssejħu l-membri mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, t-tim mediku mill-isptar Mater Dei, kif ukoll il-membri tal-Pulizija

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.