Marie Alphonsine Ghattas u Mariam Bawardy, żewġ sorijiet Palestinjani li għexu fid-19-il Seklu, ilbieraħ kienu dikjarati qaddisin mill-Papa Franġisku.
Huma kienu fost erba’ qaddisin dikjarati l-Ħadd f’ċerimonja l-Vatikan. Il-pass kellu signifikat kbir hekk kif l-Insara mill-Art Imqaddsa qed jgħebu minħabba l-persekuzzjoni tagħhom. F’Iżrael u t-Territorju Palestinjani, l-Insara illum il-ġurnata huma anqas minn tnejn fil-mija tal-popolazzjoni. Dan apparti l-esodu kbir li kien hemm mill-Iraq u s-Sirja tal-Insara.
Preżenti għaċ-ċerimonja tal-bieraħ kien hemm il-President Palestinjan Mahmoud Abbas u aktar minn 2,000 peleġrin Nisrani mil-Lvant Nofsani.
Żewġ sorijiet Palestinjani ddikjarati qaddisin
