Keith Falzon, li għandu 37 sena u hu residenti s-Swieqi, ammetta li kien fil-pussess ta’ materjal pornografiku ta’ minuri u li aggredixxa żewġ Uffiċjali tal-Pulizija li arrestawh.
Kawża tal-aggressjoni waqt l-arrest, is-Sibt li għadda għall-ħabta tas-7.30pm f’Ta’ Qali, waħda mill-Uffiċjali tal-Korp sofriet feriti ħfief.
F’SD card li sabulu, Falzon kellu mijiet ta’ ritratti ta’ tfal għarwenin. Hu ammetta l-akkużi dwar il-pussess tar-ritratti, kif ukoll li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija u anke li wettaq reat fil-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża li ngħata fl-2013.
Il-Maġistrat Neville Camilleri ppospona l-ġudizzju għat-28 ta’ Mejju, filwaqt li ta l-libertà proviżorja lil Falzon fuq garanzija personali ta’ €5,000.
//= $special ?>