Żagħżugħ Taljan li spiċċa bla xogħol qed idur f’Turin, madwar il-Bażilika ta’ Superga f’Turin liebes ta’ Ġesu’ u jittallab il-flus.
L-inizjattiva ta’ dan ir-raġel qed tħalli l-frott hekk kif kienu ħafna dawk li ħallewlu xi ħaġa tal-flus huma u deħlin f’din il-Bażilika fejn bħalissa hemm espost il-Liżar ta’ Kristu. ħafna oħrajn ħadu xi selfie ma’ dak li qed jissejjaħ ‘Ġesu’ ta’ Turin’.
Imma oħrajn mhux talli ma tawh flus, talli saħansitra rrapurtawh lill-Pulizija, u għal darba darbtejn spiċċa miġbur u arrestat mill-Pulizija. Madankollu reġa’ nħeles kull darba għaliex fil-verita’ mhux jikser l-ebda liġi.
//= $special ?>