Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 18 ta’ Mejju.
IN-NAZZJON bi storja dwar kumpanija ta’ attivist laburista li qed ikompli “jiffanga” b’numru ta’ direct orders. Naqraw ukoll kif ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil sostna li l-PN “huwa l-forza tar-raġuni”.
Il-ġurnal TIMES OF MALTA jgħid li l-investituri tal-Ġordan riedu li jieħdu art akbar fiż-Żonqor sabiex ikunu jistgħu jibnu l-universita’ tagħhom.
THE MALTA INDEPENDENT tikkwota lill-eks Kap tal-Armata Martin Xuereb jitkellem dwar il-flejjes kbar li hemm iduru fiċ-ċirku tat-traffikar tal-immigranti.
L-ORIZZONT b’ritratt tal-inċident li seħħ ilbieraħ fejn sewwieq ta’ mutur spiċċa fil-periklu li jitlef ħajtu.
//= $special ?>