Raġel Irlandiż sofra feriti gravi wara li dalgħodu ntlaqat minn karozza fil-Qawra. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15am fi Triq il-Qawra meta l-Irlandiż intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Yaris li kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 80 sena minn San Pawl il-Baħar.
Qabel laqtet lill-barrani, li kien miexi fuq il-bankina, il-karozza laqtet bankina u siġra wara li x-xufier, għal xi raġuni, tilef il-kontroll tal-vettura.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li taw l-ewwel għajnuna medika lill-Irlandiż. Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>