Il-pulizija fil-provinċja Ċiniża ta’ Shandong daħlu fil-kumpless ta’ zoo u qatlu ljun li aktar qabel kien attakka u qatel raġel li kien qed jieħu ħsiebu.
L-inċident seħħ f’Taian Tiger Mountain Park, u r-rapporti jgħidu li l-iljun attakka wieħed mill-keepers li kien qed inaddaflu l-enclosure. L-iljun imbagħad ħarab mill-inħawi, u l-vittma mieta aktar tard minħabba l-ġrieħi li ġarrab.
Hu mifhum li l-iljun dam jiġri madwar iz-zoo għal aktar minn siegħa qabel sparawlu l-pulizija.
//= $special ?>