Fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien tnaqqis ta’ 6,000 viżitatur u fil-Mużew Marittimu u l-Palazz tal-Inkwiżitur fil-belt storika fil-Kottonera tnaqqis ta’ madwar 2,700
Matul is-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis fil-viżitaturi li żaru t-Tempji Neolotiċi ta’ Ħal Tarxien, tal-Palazz tal-Inkwiżitur u tal-Mużew Marittimu fil-Birgu. Madankollu, is-siti kollha li huma miftuħa għall-pubbliku matul l-istess sena kienu rekord għall-Heritage Malta.
Dan ikkonfermaħ il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, meta wieġeb mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici, li staqsa kemm kienu l-persuni li s-sena li għaddiet żaru dawn is-siti storiċi fil-Birgu u f’Ħal Tarxien, meta paragunati mas-sena ta’ qabel.
Jirriżulta li t-Tempji Neolitiċi raw tnaqqis ta’ kważi 6,000 viżitatur, minn 83,094 fl-2013 għal 77,149 fl-2014.
Iż-żewġ siti storiċi fil-Birgu wkoll raw tnaqqis. Il-Palazz tal-Inkwiżitur ra tnaqqis ta’ 2,691, minn 40,281 fl-2013 għal 37,590 is-sena li għaddiet. Il-viżitaturi fil-Mużew Marittimu wkoll naqsu kważi bl-istess ammonti, fejn it-tnaqqis kien ta’ 2,786, minn 29,348 fl-2013 għal 26,562 s-sena li għaddiet.
//= $special ?>