Triq il-Wied tal-Imsida, fl-Imsida, għal xi ħin kienet imblukkata wara li sewwieq ta’ karozza tal-linja li kien sejjer fid-direzzjoni ta’ Birkirkara tilef il-kontroll tal-vettura, skidja, qabeż central strip u spiċċa fuq in-naħa l-oħra tat-triq.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, minkejja li l-karozza tal-linja qasmet man-naħa l-oħra ta’ din it-triq, kontra t-traffiku, f’din it-triq traffikuża .
Il-Pulizija jaslu fuq il-post biex jikkontrollaw it-traffiku. Għal xi ħin, kif jidher fir-ritratt, il-karozzi bdew jitilgħu fuq il-bankina biex ikunu jistgħu jgħaddu.
//= $special ?>