Fl-Indja, mietet l-infermiera li, għal 42 sena sħaħ, kienet qed tinżamm ħajja bil-mezzi artifiċjali wara li spiċċat stuprata u mgħallqa minn cleaner ta’ sptar li ħalliha ‘biex tmut fuq il-post tad-delitt’.
L-aggrediment tal-infermiera, Aruna Shanbaug, kien seħħ fi sptar ta’ Mumbaj fis-27 ta’ Novembru tal-1973. Intant, Aruna ( li dak iż-żmien kellha 25 sena) sofriet sfreġju f’moħħha filwaqt li spiċċat paralizzata b’konsegwenza tal-attakk brutali.
Hi, tul is-snin, kienet tingħata l-ikel minn imneħirha bħala parti minn proċess speċjali biex tinżamm ħajja. Iżda sitt ijiem ilu, il-mara żviluppat il-pneumonia li, fil-każ tagħha, irriżultalha fatali.
Il-każ ta’ Aruna Shanbaug qajjem dibattitu dwar il-liġijiet tal-ewtanasja fl-Indja wara li l-Qorti Suprema tal-pajjiż kien ċaħad it-talba biex hi ‘titħalla tmut’.
//= $special ?>